• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Battibekki Kontra Dante

Il-prestazzjoni, li qed tiġi organizzata b’kollaborazzjoni mas-Società Dante Alighieri, se tkun qed tikkonsisti minn approċċ transdixxiplinarju li jgħaqqad il-mużika tat-trovatur interpretata mill-għannejja, ma’ waħda mill-iktar biċċiet importanti tal-letteratura li qatt inkitbu, “La Divina Commedia” ta’ Dante. Bit-twaħħid ta’ dawn iż-żewġ dinjiet artistiċi differenti, Battibekki Kontra Dante timmira li tgħaqqad dawn il-kulturi f’viżjoni waħda ħolisitika, li hija approċċ integrali għall-viżjoni tad-direttur artistiku, Giuseppe Schembri Bonaci.

Il-prestazzjoni se tingħata minn grupp magħruf sew ta’ għannejja, li jikkonsisti minn Joe Grech ‘ta’ Raħal Ġdid’, Anġlu Theuma ‘il-Kina’, Mikiel Cumbo, magħruf iktar bħala ‘L-Iżgej’, kif ukoll Johnny Saliba ta’ Birżebbuġa. Il-grupp, li huwa kkoordinat mill-organizzatur u mill-maniġer tal-palk Noel D’Amato, se jkun akkumpanjat mill-attriċi lokali, għalliema u kantanta tal-folklor Yvette Grech Buhagiar. Din hija okkażjoni oħra fejn il-grupp qed jipparteċipa f’The Strada Stretta Concept, li fih diġà ħa sehem Imnalla fl-aħħar ħriġna (2020), Dido (2018), Turandot (2017) u ‘Carmen’ ta’ Bizet (2016). L-oriġinalità ta’ dan l-avveniment tikkonsisti fil-manifestazzjoni tar-relazzjoni eċċitanti ‘mimlija tensjoni’ li Dante kellu mal-ħbieb kontemporanji trovaturi tiegħu. F’Battibekki Kontra Dante, l-għana Maltija se tkun qed tivvendika ruħha minn Dante.

B’din il-prestazzjoni, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se tkun qed tipparteċipa b’mod dirett fil-kommemorazzjoni internazzjonali ta’ dan l-anniversarju importanti permezz ta’ The Strada Stretta Concept. Id-dħul huwa b’xejn iżda huwa importanti li wieħed jibbukkja. Jekk jogħġbok irreserva postok billi tagħmel kuntatt fuq [email protected] jew iċċempel fuq +356 2124 2018. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti dawk kollha li jattendu jridu jkunu vvaċċintati kompletament, iridu jilbsu maskra u jżommu d-distanza soċjali matul il-prestazzjoni kollha. Iċ-ċertifikati tal-vaċċin se jiġu skenjati mad-dħul. Għal aktar informazzjoni fuq l-avveniment idħol fuq il-paġni ta’ Facebook ta’ [The Strada Stretta Concept](https://www.facebook.com/thestradastrettaconcept) u tal-[Valletta Cultural Agency](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency).

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.