Id-dati huma l-15, is-16 u s-17 ta’ Lulju u kull jum se jwassal lill-udjenza xi ħaġa unika, memorabbli u mimlija sinifikat kulturali u artistiku.
Il-Malta Fasion Week 2021 hija organizzata minn Unique Fashion Studios, appoġġjata minn Ftehim ta’ Sħubija għal Avvenimenti u Inizjattivi fuq Skala Kbira mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.
It-triq għal dan l-avveniment kienet u għadha waħda iebsa. L-organizzazzjoni ta’ avveniment ta’ natura kumplessa bħal dan filwaqt li jiġu osservati r-regolamenti kollha tal-COVID ma kinitx faċli. Madankollu, il-Produttur Eżekuttiv Adrian Mizzi kien determinat li ma tgħaddix sena oħra mingħajr il-ġimgħa ddedikata lill-moda. B’dan f’moħħhom, Adrian u t-tim tiegħu bdew joħolqu avveniment li fih il-membri kollha tal-udjenza u l-ħaddiema ta’ wara l-kwinti jinżammu fi gruppi separati u kemm jista’ jkun sikuri. Dawk kollha li se jattendu huma meħtieġa wkoll li jippreżentaw iċ-ċertifikat tat-tilqim sabiex ikunu jistgħu jattendu l-avveniment.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera qal li l-Malta Fashion Week hija xhieda tat-talent kbir li l-industrija lokali tal-moda u l-arti għandha x’toffri, hekk kif disinjaturi lokali, makeup artists, hairstylists, mudelli u oħrajn involuti jingħaqdu flimkien biex iħallu l-marka unika tagħhom fuq ix-xena tal-arti lokali, anke jekk minħabba l-miżuri eżistenti, l-edizzjoni ta’ din is-sena hija waħda ridotta.
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li permezz tal-Malta Fashion Week se nkunu qed niċċelebraw il-bidu mill-ġdid ta’ diversi affarijiet li jagħtu l-ħajja lill-Belt Valletta li matul dawn l-aħħar snin sar investiment kbir fiha. Dawn it-tip ta’ avvenimenti qegħdin hemm biex jagħtu l-ħajja lill-Belt Kapitali tagħna biex inkunu nistgħu ngawduha.
Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li huwa bi pjaċir kbir li nħabbru r-ritorn ta’ wieħed mill-aktar avvenimenti ikoniċi fil-Belt Valletta, speċjalment wara li l-edizzjoni tas-sena li għaddiet ma setgħetx issir. Huwa kompla li avvenimenti bħall-Malta Fashion Week ipoġġu lill-Belt Valletta fuq il-mappa internazzjonalment u juru dak kollu li l-Belt għandha x’toffri bħala l-aqwa post għal avvenimenti kulturali u artistiċi ta’ livell għoli.
9 disinjaturi lokali se jkunu qed juru l-kollezzjonijiet tagħhom fil-Malta Fashion Week 2021. Fl-ewwel lejl, Yana’s Jewellery, Eversince u Parscandalo. Fis-16 ta’ Lulju jesebixxu l-kollezzjonijiet tagħhom Jay, Blakkript u Ritienne Zammit. Fis-17 ta’ Lulju jagħlqu l-edizzjoni tal-2021 l-esibizzjonijiet ta’ Fiona Couture, Gagliardi u Charles & Ron. Numru limitat ta’ biljetti huma disponibbli minn maltafashionweek.com fuq bażi first come first served.
Aktar informazzjoni u l-iskeda sħiħa tal-avvenimenti tista’ tinsab fuq [Id-dati huma l-15, is-16 u s-17 ta’ Lulju u kull jum se jwassal lill-udjenza xi ħaġa unika, memorabbli u mimlija sinifikat kulturali u artistiku.

Aktar informazzjoni u l-iskeda sħiħa tal-avvenimenti tista’ tinsab fuq https://www.fashionweek.com.mt/schedule-2021/.
](https://www.fashionweek.com.mt/schedule-2021/).