• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Rappreżentazzjoni ta’ Le Pauvre Matelot fi Strada Stretta

Bħala parti mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, The Strada Stretta Concept ser jikkollabora mal-kumpanija mit-Teatru Nazzjonali Franċiż Arcal Lyrique, għal produzzjoni tal-opra Le Pauvre Matelot. L-avveniment, li jifforma parti mill-programm ta’ Strada Stretta, taħt id-Direzzjoni Artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci, se jsir fis-26 ta’ Frar 2021 fit-20:00 f’The Splendid, fi Strada Stretta, il-Belt Valletta.

Permezz ta’ Arcal Lyrique, il-fundatur u direttur Christian Gangneron joħloq proġetti speċifikament iddisinjati għal spazji mhux tradizzjonali, u b’hekk jinteraġixxu mal-udjenza lil hinn mill-ostakli imposti mill-palk. Maħluq oriġinarjament minn Darius Milhaud (1892-1974) bil-librett miktub minn Jean Cocteau (1889-1963), l-opra tinkludi tliet atti u tiżvolġi f’sekwenza drammatika ta’ avvenimenti. Din ir-rappreżentazzjoni ta’ Le Pauvre Matelot minn Arcal Lyrique qed titella’ f’Malta għat-tieni darba , bl-ewwel rappreżentazzjoni saret f’Marzu 2009 bħala parti mill-BOV Opera Festival, li sar fil-foyer tat-Teatru Manoel. Din ir-rappreżentazzjoni mhix immirata biss għal dawk li jħobbu l-opra, peress li tieħu lil Strada Stretta bħala spazju mhux tradizzjonali, fejn ser titella’ verżjoni dinamika u kontemporanja ta’ din l-opra klassika.

Il-vuċijiet sbieħ ta’ Claudine Le Coz, Eric Trémolières, Jean-Baptiste Dumora u Jean-Marie Frémeau għandhom iqajmu lil Strada Stretta bil-wirjiet tagħhom fir-rwoli ewlenin ta’ din l-opra. Barra minn hekk, huma jkunu akkumpanjati mill-pjanista Stéphane Petitjean, li jdaħħalna tant fl-istorja ta’ Le Pauvre Matelot. Le Coz u Dumora ser jerġgħu jeżegwixxu r-rwoli tagħhom, wara l-parteċipazzjoni tagħhom fl-2009. Essenzjalment, l-opra hija dwar imħabba bejn mara u baħri, u b’hekk isservi bħala parallel kbir mal-karattru u l-istorja ta’ Strada Stretta bħala post ta’ divertiment għall-baħħara matul il-gwerra. Barra minn hekk, dan il-parallel huwa msebbaħ aktar bil-mużika, li kienet influwenzata mill-enerġija tat-toroq u l-postijiet ta’ divertiment tal-belt Mediterranja, Marsilja.

Id-dħul għal dan l-avveniment huwa b’xejn, madankollu ġentilment mitlubin tibgħatu messaġġ privat fuq il-paġna ta’ Facebook The Strada Stretta Concept, jew tibgħat email lil [email protected], biex tirriserva postok. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, il-postijiet huma limitati ħafna, u dawk kollha li jattendu għandhom jilbsu maskra matul il-prestazzjoni. L-avveniment se jkollu wkoll live streaming. Aktar informazzjoni dwar l-avveniment tinsab fuq il-paġni ta’ The Strada Stretta Concept u tal-Valletta Cultural Agency fuq Facebook.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.