• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

So you thought you knew Sammy…

Bħala parti mill- Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, l-iStrada Stretta Concept qed jorganizza l-ewwel avveniment tiegħu tas-sena: So you thought you knew Sammy… … The Unknown Sammy Murgo.

L-avveniment se jsir fil-21 ta’ Jannar 2021 fit-20:00 fi The Splendid fi Strada Stretta fil-Belt Valletta. F’dan l-avveniment se jkun hemm il-kwartett ta’ Sammy Murgo jagħti l-ħajja lit-triq bil-mużika jazz live.

B’dan l-avveniment, id-Direttur Artistiku ta’ The Strada Stretta Concept, Giuseppe Schembri Bonaci, jittama li jpoġġi l-attenzjoni fuq Sammy Murgo li għalkemm huwa ikona, mhux iċċelebrat biżejjed. Murgo ilu preżenti fix-xena lokali tal-jazz mis-snin ħamsin u daqq fi klabbs leġġendarji lokali bħal The Kenner Club u il-Café Premier fl-aqwa tagħhom. Daqq ma’ tliet ġenerazzjonijiet ta’ mużiċisti lokali u daqq ukoll mal-kompożitur famuż Malti, Charles Camilleri. Madankollu, minkejja li kellu karriera illustri bħal din, kif ukoll kiseb rispett minn sħabu, Murgo għażel li jiddedika purament l-attenzjoni tiegħu għall-mużika nnifisha minflok jiffoka fuq il-fama.

Il-kwartett jikkonsisti f’Sammy Murgo fuq is-sassofonu, Mario Aquilina ‘Il-Cocker’ fuq il-kuntrabaxx, Noel Grech fuq il-perkussjoni u Gregory Camilleri fuq il-pjanu. Il-Kwartett se jkun qed jagħti eżekuzzjoni ta’ siltiet klassiċi jazz u swing għal udjenza limitata. Il-kunċert bla dubju ser jittrasporta lill-udjenza lura fiż-żmien u jġiegħel lil kulħadd jiċċaqlaq.

Id-dħul għall-avveniment huwa b’xejn iżda huwa essenzjali li tibbukkja bil-quddiem billi tibgħat messaġġ privat lill-paġna ta’ Facebook The Strada Stretta Concept, jew ibgħat email lil [email protected]. Minħabba r-restrizzjonijiet biex nikkumbattu l-imxija tal-Covid 19, il-postijiet huma limitati ħafna iżda l-avveniment se jkun trasmess fuq il-paġna tal-Facebook The Strada Stretta Concept. Dawk kollha li jattendu għandhom jibqgħu bilqiegħda u jilbsu maskra l-ħin kollu. Aktar informazzjoni tinstab fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ The Strada Stretta Concept u s-sit elettroniku tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.