• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Jitnieda l-Programm 2021

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tkompli tibni fuq ix-xogħol li tellgħet matul l-aħħar sena u nofs, biex tipprovdi programm ieħor komprensiv, li jagħti valur akbar lill-kultura Maltija u jkompli jtejjeb il-benesseri tas-soċjetà.

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tkompli tibni rapport mal-artisti filwaqt li tfassal il-Programm Kulturali tagħha, tipproduċi l-proġetti u tipprovdi opportunitajiet ta’ tkabbir. Fl-istess waqt, l-iżvilupp ekonomiku, xogħolijiet ta’ restawr u l-proġetti infrastrutturali, jkomplu jitwettqu.

Minkejja li l-2020 kienet sena ta’ sfida għal kulħadd, in-nies gawdew dak kollu li għandha x’toffri l-Belt, inkluż il-Programm Kulturali tal-Aġenzija. L-Aġenzija tellgħet proġetti għal udjenzi ta’ daqs medju kif ukoll attivitajiet intimi; proġetti li inkludew diskussjonijiet u masterclasses ma’ professuri u ismijiet kbar fil-qasam kulturali internazzjonali; wirjiet ta’ arti viżiva, films, mużika fil-miftuħ u attivitajiet għall-familja kollha fosthom il-Valletta Green Festival. Ikkollaborajna ma’ numru ta’ entitajiet fosthom l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u ŻfinMalta, t-Teatru Manoel, Ċinerabilja, Muża, is-Suq tal-Belt, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Festivals Malta u numru ta’ organizzazzjonijiet artistiċi u individwi, fost l-oħrajn.

Il-Ministru għall-Wirt Kulturali, l-Arti u l-Gvern Lokali Jose Herrera qal, “Il-Gvern jemmen li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta hija intrinsika għax-xoghol tal-artisti u hija importanti aktar minn qatt qabel. Id-dinja tagħna, teħtieġ il-poter li għandha l-arti biex issib is-serħan u t-tama. L-arti tista’ tkun katalist f’din il-battalja importanti”.

Iċ-Ċermen tal-Aġenija Jason Micallef tenna, “L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tibqa’ tisħaq li l-kultura mhix lussu, imma neċessità. Dan il-programm ambizzjuż u eċċitanti huwa xhieda tal-impenn tagħna lejn l-arti u l-kultura. B’ottimiżmu kbir, ninsabu ħerqana għal din is-sena li għadna kif bdejna”.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija, Catherine Tabone saħqet, “Matul is-sena li għaddiet, ir-rilevanza tal-arti saret tinħass ħafna aktar. Għall-2021, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed issaħħaħ ix-xogħol tagħha mal-artisti u mal-komunità biex tippreżenta programm b’saħħtu bis-sehem ta’ artisti Maltin u internazzjonali li jaħdmu flimkien f’xelta wiegħsa ta’ produzzjonijiet li joffru doża bżonnjuża ta’ kreattività f’dawn iż-żminijiet diffiċli”.

Il-kollaborazzjonijiet ma jieqfux u fil-ġimgħat li ġejjin ser nesperjenzaw uħud minnhom, fosthom: kunċert ta’ Tatiana Lisnic, u prestazzjoni oħra ta’ Brian Schembri bħala parti mis-serje Beethoven at Home.

Ikompli wkoll il-proġett ta’ fotografija TNAX filwaqt li ser joħorġu numru ta’ sejħiet biex artisti minn ġeneri varji jerġgħu jkunu parti mill-Programm tagħna.

Fi Frar, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed terġa tniedi s-sejħa bħala parti mill-Programm tal-artisti f’residenza.
F’Marzu, Written on Skin, xogħol tal-kompożitur Ingliż George Benjamin li rebaħ unuri kbar, ser jiġi eżegwit mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta flimkien ma’ ħames solisti internazzjonali, taħt id-direzzjoni ta’ Lawrence Renes.

Il-proġetti ta’ Strada Stretta Concept, li d-Direttur Artistiku tagħha huwa l-Profs. Giuseppe Schembri Bonaci ikomplu u fost l-oħrajn għandna nistennew lejla ta’ mużika jazz mill-Kwartett ta’ Sammy Murgo, u rappreżentazzjoni ta’ Le Pauvre Matelot mill-grupp teatrali Franċiż, Arcal Lyrique.

Lejn l-aħħar ta’ Marzu u l-bidu ta’ April ser jittellà d-dramm Vari bbażat fuq in-novella ta’ Trevor Zahra.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.