• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Kadenza ta’ Ħolma: Requiem Kalendarju

Kadenza ta’ Ħolma: Requiem Kalendarju hija prestazzjoni intima li se tittella’ minn The Strada Stretta Concept, fi ħdan l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, bħala l-avveniment finali għall-kalendarju tal-2020.

Kadenza ta’ Ħolma se tixxandar live fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ The Strada Stretta Concept fil-15 ta’ Diċembru fit-20:00, minn The Splendid fi Strada Stretta fil-Belt Valletta. Dan l-avveniment uniku se jippreżenta taħlita ta’ arti, poeżija u mużika li se tieħu lill-udjenza virtwali fuq vjaġġ katartiku tul it-tnax-il xahar ta’ sena.

Iċ-ċiklu ta’ poeżiji li fuqu huwa bbażat l-avveniment huma x-xogħol oriġinali tad-Direttur Artistiku ta’ The Strada Stretta Concept, Giuseppe Schembri Bonaci. Il-kollezzjoni hija f’varjetà ta’ lingwi inkluż il-Malti, l-Ingliż u r-Russu. Ix-xogħol jieħu ispirazzjoni minn direzzjonijiet varji fosthom l-Għana, il-poeżija Maltija, il-kultura medjevali Ewropea tat-trovaturi, kif ukoll mix-xogħlijiet ta’ figuri letterarji prolifiċi bħal William Shakespeare, Arthur Rimbaud, Cesare Pavese, Pablo Neruda, u Boris Pasternak. Din se tkun l-ewwel darba li l-ġabra ta’ poeżiji se tiġi ppreżentata lil udjenza.

Il-kompożizzjoni mużikali ta’ Karl Fiorini hija bbażata fuq iċ-ċiklu ta’ poeżiji miktuba minn Schembri Bonaci. Il-vuċi ewlenija tal-kompożizzjoni se ssir mill-mezzo sopran Clare Ghigo, li sservi bħala l-vuċi personali tal-poeta kif ukoll il-vuċi tas-subkonxju tiegħu. Is-Soprani Francesca Aquilina u Mariele Zammit se jkunu qed isaħħu l-istruttura poetika u mużikali tal-kompożizzjoni. Mariele Zammit se tkun qed iżżid ukoll interpretazzjoni mill-ġdid tal-poeżiji fil-forma ta’ Għana, li hija fundamentali għall-prassi kreattiva ta’ Schembri Bonaci. Takkumpanja l-vokali kollha se jkun hemm Maria-Elena Farrugia fuq il-pjanu. Barra minn hekk, il-prestazzjoni se tinkludi wkoll projezzjonijiet ta’ pitturi mill-artista bbażata f’Pariġi, Ġoxwa Borg. Bla dubju, wieħed jista’ jistenna li din il-prestazzjoni tkun personali ħafna u jkollha sens ta’ vulnerabblità.

Kadenza ta’ Ħolma se tixxandar live fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ The Strada Stretta Concept. Biex issir taf aktar, segwi l-paġni The Strada Stretta Concept u Valletta Cultural Agency fuq Facebook. L-attendenza għall-live stream ta’ Kadenza ta’ Ħolma hija bla ħlas.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.