• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Darren Agius

Stedina biex tittanta ktieb fil-Belt Valletta

Bejn it-8 u l-24 ta’ Diċembru, Ittanta Ktieb (Blind Date with a Book) jipprovdi kotba mkebba f’kabini tat-telefonija bħala rigali lil min ikun għaddej.

Dan il-proġett qed jiġi organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bħala parti mill-Programm Milied fil-Belt bl-għan li tinkoraġġixxi lin-nies jesperimentaw u jaqraw kotba li mhux is-soltu jaqraw jew jixtru. Din hija parti minn inizjattiva globali li tippromwovi l-letteratura u kittieba Maltin.

Il-kotba, li huma kollha rebbieħa ta’ unuri prestiġġjużi, huma kollha ta’ awturi Maltin fosthom wieħed tal-mibki Oliver Friggieri.
Ittanta Ktieb qed titellà f’kabini tat-telefonija varji fi Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta bejn is-6pm u t-8.30pm, sa lejlet il-Milied.

Il-Programm Milied fil-Belt tal-Aġenzija Kultuarli għall-Belt Valletta, qed iseħħ bejn it-8 u l-24 ta’ Diċembru fil-pjazez prinċipali, postijiet strateġiċi u t-toroq pittoreski tal-Belt Valletta. Id-dwal tal-Milied u d-dekorazzjonijiet jistgħu jitgawdew sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.
Żur il-paġna ta’ Facebook jew il-websajt tal-aġenzija (www.vca.gov.mt) għall-programm sħiħ.

Sabiex din l-esperjenza tkun sikura għall-kulħadd, nappellaw biex imiss biss il-ktieb li jkun se jieħu. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni kontra l-Covid 19 għandhom jiġu segwiti dejjem.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.