Is-siġra li hi twila 12-il-metru, u ġiet imżejna b’iktar minn 5,000 bozza LED li se jkunu mixgħula tul żmien il-Milied. Apparti s-siġra tal-Milied, il-VCA flimkien mal-kommunità tal-Belt u l-għaqdiet kummerċjali, ħadet ħsieb li jinxtegħlu Triq ir-Repubblika u Triq il-Merkanti, Triq l-Arċisqof u Strada Stretta kollha. Din is-sena, id-dekorazzjonijiet saru mid-ditta Metalux li hija magħrufa għad-disinji bid-dwal matul Via del Corso f’Ruma.
Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li, “l-Programm Christmas in the City din is-sena, u minħabba r-ristrizzjonijiet ta’ Covid 19, bbaża ħafna aktar fuq attrazzjonijiet tad-dawl, inkluda aktar toroq u fit-8 ta’ Diċembru, ser issir il-mixegħla tal-faċċati kollha ta’ Pjazza San Ġorġ permezz ta’ projezzjonijiet tal-Milied”.
Is-sindku tal-Belt Alfred Zammit tenna li x-xiri fil-Belt jista jsir b’mod sigur filwaqt li kulħadd għandu jsegwi r-regoli tas-saħħa.
Fil-25 ta’ Novembru, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ser tkun qed ittellà wkoll l-Presepju f’Pjazza de Valette.