• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Fairy Tale Island Cine: Festival ta’ Teatru f’Strada Stretta

Dan qed jiġi organizzat flimkien mal-iskola tat-teatru u l-film f’Malta “World of Harmony”.

Din hija t-tielet darba li l-Festival qed jittella’ f’Malta, u l-ewwel darba li ser ikun qed isir ġewwa The Splendid ġewwa Strada Stretta u postijiet oħra qrib li jinkludu City Theatre fi Triq l-Ifran, il-Belt Valletta.

Dan il-festival ġie maħluq minn membri tal-komunità li titkellem ir-Russu, speċifikament għat-tfal u ż-żgħażagħ. L-għan tal-Festival huwa li jingħaqdu ż-żgħażagħ biex irawwmu l-kreattività tagħhom kif ukoll biex jiżviluppaw forom ġodda ta’ teatru u ċinema.

Iċ-ċentru edukattiv “World of Harmony” Skola tal-Film u t-Teatru f’Malta, organizzat diversi attivitajiet eċċitanti għal dawk kollha li jattendu matul it-tlett ijiem. Dawn l-attivitajiet jinkludu l-opportunità li joħolqu l-films tagħhom li mbagħad jintwerew f’serata professjonali ta’ wiri ta’ films, fit-30 ta’ Novembru, ġewwa The Splendid. Fil-31 ta’ Novembru, ser issir mixja ggwidata madwar il-Belt għall-parteċipanti li fiha ser tiġi spjegata l-istorja teatrali tal-Belt. Fl-aħħar jum tal-Festival, il-parteċipanti ser ikollhom l-opportunità li juru l-films tagħhom f’City Theatre.

Il-programm dettaljat tal-Festival ser ikun ppubblikat fuq il-[paġna tal-attività fuq Facebook](https://fb.me/e/cb4pXgJiw). Biex insegwu l-miżuri li qiegħdin fis-seħħ sabiex tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid 19, dawk kollha li jattendu l-Festival għandhom jilbsu l-maskra f’kull ħin. In-numru tal-membri tal-udjenza huwa limitat u ser ikun fuq bażi ta’ first come, first served. Ir-restrizzjonijiet jaf jiżdiedu hekk kif jiġi indikat mill-awtoritajiet.

Għal aktar informazzjoni żur il-paġna ta’ Strada Stretta Concept u l-Valletta Cultural Agency fuq Facebook.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.