Imtella’ b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, il-festival ta’ tlett ijiem jikkonsisti f’lezzjonijiet, masterclasses u workshops, ma’ mużiċisti u għalliema ta’ fama internazzjonali u huwa miftuħ għal kulħadd.
Il-festival jista’ jiġi segwit minn kulħadd, irrispettivament mill-età, kemm minn min għadu fil-bidu, kif ukoll min hu professjonist, fuq il-kuntrabaxx u l-kitarri baxxi. Dawk kollha interessati jistgħu jirreġistraw fuq: [maltabass.com](https://maltabass.com/index.php/apply-now/).
Il-festival ser jinkludi ukoll prestazzjonijiet b’xejn għall-pubbliku ġenerali li ser jiġu murija għall-ewwel darba fuq Facebook. Dawn il-kunċerti, jinkludu l-parteċipazzjoni tal-istudenti u l-għalliema, mużiċisti mistiedna, tuturi u mużiċisti oħrajn li jinkludu lil Diego Zacharies (Urugwaj), Boguslaw Furtok (Polonja), Jason Heath (l-Istati Uniti), Simon Garcia (Spanja), Jiri Hudec (Repubblika Ċeka), Rufus Reid (l-Istati Uniti), Gjorgji Cincievski (Malta), u Michelle Scicluna (Malta).
Il-programm ta’ tlett ijiem ser jinkludi wkoll serje ta’ vidjows bit-titlu “Unique Valletta”, – kartolina storika mużikali – bil-mużika mir-recording u traskrizzjoni tal-“Goldberg Variations” minn Cincievski. Dawn il-kartolini jżewġu wieħed mix-xogħlijiet Barokki l-iktar importanti mal-Belt Valletta – sit dinji storiku tal-UNESCO. Taħdita qasira dwar l-istorja u l-importanza ta’ dawn is-siti ser tingħata mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Catherine Tabone.
Fis-serje, “Maltese Bass and Voice” – Gjorgji Cincievski u l-Perkussjonist Prinċipali tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u kantant tal-Big Band Brothers, Daniel Cauchi, ser ikunu qed jagħtu prestazzjoni tal-għanjiet Maltin “Karozzin”, “Lanċa Gejja” u “Tħażżiż”, fuq arranġamenti għall-kuntrabaxx u l-vuċi, li jnisslu tbissima.
L-ewwel prestazzjoni ta’ filgħaxija, il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru, tinvolvi vidjow b’siltiet tal-premjer dinji ta’ “Ojos Negros” – Flamenco Musical Tale – World Premiere (Highlights), tal-kompożitur Simon Garcia, għal żewġ kuntrabaxxi u żeffiena tal-flamenko. Il-prestazzjoni u r-recording saru minn Simon Garcia (Spanja), Gjorgji Cincievski (Malta), Michelle Scicluna (Malta) u Deborah Falzon (Malta). Din ser tintwera onlajn fis-7.30pm. “Ojos Negros”, kienet ikkummissjonata mill-Festival u hija l-ewwel ballet magħruf b’din il-formazzjoni ta’ strumenti.
Fost l-aqwa xogħlijiet li ser jintwerew matul il-festival, ser ikun hemm il-“Gran Tango” ta’ Piazzolla, l-kapulavur tal-Jazz ta’ Rufus Reid “Come Rain or Come Shine”, “Prelude” ta’ Hertl, “Requiem Op. 66” ta’ Popper, fuq arranġament għal tliet kuntrabaxxi u pjanu, il-“Goldberg Variations” ta’ Bach, u “Concert Polonaise” ta’ Adolf Misek, kif ukoll l-ewwel moviment tas-“Sonata No.3 Op.69 in A Major” ta’ Beethoven.
Il-prestazzjoni tax-xogħol ta’ Beethoven’s ser issir minn Gjorgji Cincievski (Malta) u Francis Camilleri (Malta) fit-Teatru Manoel u hija parti mill-Beethoven 2020 World Music Celebration – fl-okkażjoni tal-250 anniversarju mit-twelid ta’ dan il-kompożitur kbir. Din ser tintwera fis-7 ta’ Novembru, wara taħdita qasira mid-Direttur Artistiku tat-Teatru Manoel, u Direttur Artistiku tal-Valletta International Baroque Festival, Kenneth Zammit Tabona.
Peress li l-Malta International Double Bass Days fil-Belt Valletta huwa festival ta’ natura edukattiva, ta’ kull sena l-kunċert tal-għeluq, li fih jieħdu sehem l-istudenti, jkun l-avveniment ewlieni tal-festival. Dan ser jitella’ fit-8 ta’ Novembru u jinkludi kor/ensemble ta’ kuntrabaxxi mill-istudenti u l-għalliema kollha.
Ir-recordings kollha għandhom produzzjoni u direzzjoni ta’ Alec Massa minn Digital Malta.
All audio and video recordings are being produced and directed by Alec Massa from “Digital Malta”. L-Edizzjoni straordinarja onlajn ta’ din is-sena qed titella’ bl-appoġġ ta’ The Stubbs Foundation (ir-Renju Unit), Teatru Manoel (Malta), Pirastro Strings (il-Ġermanja), Discover Double Bass (ir-Renju Unit), DPA Microphones (l-Istati Uniti), Digital Magic (Malta), Cincievski Ensemble (Malta).
Id-Direttur Artistiku u Organizzatur tal-festival Gjorgji Cincievski, twieled Skopje, il-Maċedonja u serva bħala l-kuntrabaxxist prinċipali tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta sa mill-2010. Huwa ta kunċerti mal-iktar orkestri prestiġġjużi u orkestri prinċipali fid-dinja. Tella’ wkoll diversi masterclasses u workshops fl-Ewropa, l-Amerka Latina u l-Asja. Matul ix-xogħol kontinwu tiegħu biex ikabbar ir-repertorju ta’ xogħlijiet għall-kuntrabaxx, huwa għamel traskrizzjonijiet b’suċċess ta’ diversi xogħlijiet fosthom, il-“Goldberg Variations” ta’ Bach, “Elegy Op.3 No.1” ta’ Rachmaninov, il-“Piano Trio Op.8” ta’ Brahms u “ir-Requiem” Op.66 għal tliet vjolinċelli u pjanu ta’ Popper, u l-“Concerto in the style of J.C. Bach” ta’ Casadesus’ fost oħrajn. Dawn it-traskrizzjonijiet, ġew ippubblikati minn Hofmeister Editions fil-Ġermanja, u ingħataw premjijiet kif ukoll tifħir u ttellgħu prestazzjonijiet tagħhom madwar id-dinja.
Cincievski huwa l-ewwel mużiċist Malti li għandu l-appoġġ tal-aktar produtturi tal-kordi prestiġġjużi madwar id-dinja, Pirastro Strings.
Michelle Scicluna hija d-Direttur Maniġerjali u l-Organizzatur tal-Festival. Hija twieldet Malta u hija l-kuntrabaxxista Sub-Principal tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Hija għalliema kkwalifikata kif ukoll mużiċista u tieħu sehem attiv fi proġetti edukattivi bejn Malta u l-Filippini biex jiġi mgħallem il-kuntrabaxx lit-tfal. Hija ddoqq ukoll chamber music b’interess partikolari fi prestazzjonijiet tal-perjodu Barokk.
Għal programm sħiħ u informazzjoni dwar il-Malta International Double Bass Festival, żur [www.maltabass.com](https://maltabass.com) u l-paġna tal-avveniment fuq Facebook