Il-proġett Beethoven at Home jistieden lir-residenti tal-Belt lis-surmast u pjanist Brian Schembri f’darhom waqt li hu jippreżenta wieħed mill-aktar kapulavuri importanti ta’ Beethoven, is-Sonata Hammerklavier. Dawn il-wirjiet, li se jiċċelebraw il-memorja ta’ Beethoven, se jsiru fi djar residenzjali, tfakkira ta’ kif il-kumpanija u l-mużika ta’ dan il-kompożitur kbir għadhom jistgħu jitgawdew, jiġu ammirati u jinħassu minn dawk ta’ madwaru waqt serata d-dar mal-ħbieb u l-familja.
Biljetti: https://www.kultura.mt/mt/events/beethoven-at-home-NTAx
Minħabba li din hija serje ta’ prestazzjonijiet fi spazji residenzjali, l-indirizz proprju għal din il-lejla ta’ mużika se tkun imħabbra wara li jinxtara l-biljett rispettiv. Nixtiequ nilqgħukom fi spazji intimi, daqs li kieku dħaltu fil-kamra tas-salott ta’ ħbiebkom jew tal-familjari, u għalhekk l-ispazji għall-udjenza huma limitati. Din tgħinna wkoll ikunu konformi mal-miżuri li rridu nsegwu biex innaqqsu l-firxa tal-COVID-19, fosthom distanza fiżika, indafa u diżinfettazzjoni, u miżuri oħra ta’ prevenzjoni (fosthom li nġarrbu maskra). Għaldaqstant nitolbu lill-membri tal-udjenzi tagħna biex jingħaqdu magħna f’li nsegwu dawn ir-regolamenti.
Kemm aħna u kemm l-ospitanti ħerqanin ħafna biex nilqgħukom!
Nitolbukom ġentilment tieħdu nota li:
– id-diskussjoni mal-artist wara l-avveniment se tkun bl-Ingliż,
– l-aċċess għall-avveniment huwa limitat, minħabba li jrid jintuża t-taraġ biex naslu sal-post proprju tal-prestazzjoni,
– tieħdu kull prekawzjoni possibbli fil-każ li tbatu minn allerġiji relatati mal-annimali f’postijiet residenzjali,
– is-sit preċiż tal-prestazzjoni se jiġi kkomunikat b’email wara li jinxtara l-biljett.
Biljetti: https://www.kultura.mt/mt/events/beethoven-at-home-NTAx