• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Valletta 2018 tiġġenera €678M fl-ekonomija ta’ Malta

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ppubblikat rapport maħruġ mill-KPMG li jħares lejn l-impatt li ħalliet Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura. L-eżitu tar-rapport tħabbar illum waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ġewwa l-MUŻA.

Ir-rapport juri li Valletta 2018 ħalliet impatt ekonomiku totali ta’ aktar minn €325M u ġġenerat investiment totali ta’ €678M fl-ekonomija Maltija. Kienet irreġistrata wkoll żieda ta’ 2.23% fil-Prodott Domestiku Gross.
L-impatt pożittiv li ħalliet il-Kapitali Ewropea tal-Kultura nħass sew qalb il-komunità tan-negozju ġewwa l-Belt Valletta, hekk kif il-Belt kellha żieda fin-numru ta’ turisti li żaruha grazzi għall-isforzi li saru mill-Fondazzjoni Valletta 2018 bil-kollaborazzjoni ta’ entitajiet oħra. Il-Belt Valletta rreġistrat żieda ta’ ‘l fuq minn 350,000 turist fl-2018, biex b’hekk rat total ta’ 2,600,000 turist matul is-sena li fiha kienet Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Inħolqu 8,000 impjieg f’numru ta’ setturi differenti marbuta mal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, inkluż il-kreattività, l-ospitalità, il-patrimonju, is-servizzi tat-Teknoloġija tal-Informatika u t-trasport, inkluż dak bil-baħar.

Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura wasslet ukoll għal riġenerazzjoni infrastrutturali estensiva ġewwa l-Nelt, fosthom il-ftuħ tal-MUŻA (il-Mużew tal-Arti), ir-riġenerazzjoni ta’ Pjazza Tritoni, Strada Stretta u s-Suq l-Antik, kif ukoll ir-restawr ta’ Palazzo Ferreria u l-faċċata tal-Knisja tal-Ġiżwiti, fost binjiet oħrajn.

Waqt li indirizza lil dawk preżenti, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera tenna kif dan jawgura tajjeb u huwa eżempju ta’ kif l-investiment fil-qasam kulturali jista’ jħalli tassew impatt pożittiv u legat għal pajjiżna. Sostna wkoll li bħala Ministru responsabbli mill-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvernijiet Lokali, “flimkien magħkom l-imsieħba soċjali rridu nibqgħu impenjati u nassiguraw li l-Belt Valletta tibqa’ l-belt kulturali, il-belt tal-arti, il-belt tal-kreattività dejjiema… pero fuq kollox il-Belt tal-Beltin“.

Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li, “is-suċċess tar-riżultati fil-konklużjoni ta’ dan l-istudju juru li dak li nħoloq fl-2018 baqa’ għaddej b’momentum fl-2019. Dan hu l-legat li kien parti mill-pjan ta’ għalfejn inħolqot l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi tmiem Valletta 2018”.

L-idea ta’ ‘ko-kreazzjoni’ u l-involviment ta’ membri tal-komunità u l-pubbliku fil-Programm Kulturali tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, li kienet minn ta’ quddiem fuq l-aġenda tal-Fondazzjoni Valletta 2018, wasslet għal għarfien pubbliku dwar is-settur kulturali bla preċedent, kif ukoll nisġa kulturali akbar minn qatt qabel.
Ir-rapport jixhed ukoll li Valletta 2018 ħalliet legat b’saħħtu li permezz tiegħu issa qed jitwettaq ix-xogħol tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Din tal-aħħar twaqqfet f’April tal-2019 bil-għan li ssostni u ssaħħaħ il-ħajja kulturali vibranti tal-Belt Valletta permezz tal-ħolqien ta’ programm kulturali ta’ avvenimenti kreattivi kull sena.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.