L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) qed tistieden lil dawk dilettanti tal-fotografija sabiex jipparteċipaw f’kompetizzjoni tar-ritratti bħala parti minn TNAX. TNAX hija wirja fotografika kkurata li turi ritratt fix-xahar fi Triq San Ġwann. Tul dawn l-aħħar xhur, diġà ntwerew 4 ritratti, dwar dawn it-temi li ġejjin, li kollha huma marbutin ħafna mal-Belt Valletta:
 
1. Mejju: Ride for Pride
2. Ġunju: The Swimmers
3. Lulju: Triqitna
4. Awwissu: Inquisitive Gaze
 
VCA qed tistieden lil kulħadd biex jinterpreta mill-ġdid dawn is-suġġetti – *Ride for Pride, The Swimmers, Triqitna, Inquisitive Gaze* – bil-mod tagħhom permezz tal-fotografija. Huwa importanti li r-ritratti kollha sottomessi jkunu b’xi mod jew ieħor marbutin mal-Belt Valletta peress li din hija s-suġġett tal-proġett kollu. B’kollox, matul din is-sena se jkun hemm tliet kompetizzjonijiet tal-fotografija, b’massimu ta’ tliet rebbieħa minn kull kompetizzjoni. Dan il-kuntest tal-fotografija huwa miftuħ għal kull tip ta’ fotografija.
 
__**L-ewwel premju:**__
– Ċertifikat u tismija fuq il-midja soċjali tal-VCA.
– Sħubija ta’ sena ma’ magażin internazzjonali ddedikat għall-fotografija tal-għażla tiegħek (diġitali jew stampat) għall-massimu ta’ Euro 100 (VAT inkluż);
– Inklużjoni awtomatika fl-eżibizzjoni tax-xogħlijiet tar-rebbieħa f’Jannar/Frar 2022.
– Verżjoni pprintjata u ffrejmjata b’mod professjonali tar-ritratt rebbieħ li jista’ jinġabar fl-aħħar tal-eżibizzjoni fl-2022
 
__**Żewġ premji ta’ meritu:**__
– Ċertifikat u tismija fuq il-midja soċjali tal-VCA;
– Inklużjoni awtomatika f’eżibizzjoni tax-xogħlijiet tar-rebbieħa f’Jannar/Frar 2022.
– Verżjoni pprintjata u ffremjata b’mod professjonali tar-ritratt li jista’ jinġabar fl-aħħar tal-eżibizzjoni fl-2022;
 
__**Kif tista’ tieħu sehem?**__
1. Dawk li se jieħdu sehem jistgħu jissottomettu b’kollox 4 ritratti fuq ippartecipa@vca.gov.mt sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru fil-17:00 (CET).
2. Ir-ritratti jistgħu jiġu sottomessi permezz ta’ link b’Wetransfer f’email li tindika b’mod ċar it-titlu tagħha u liem mill-erba’ temi ispiraw ir-ritratt.
3. Ir-ritratti sottomessi jridu jkunu mill-inqas 240dpi biex jippermettu stampar f’format kbir. Din hija meqjusa bħala kriterja ta’ eliġibilità.
4. Il-parteċipanti jridu jissottomettu kopja ffirmata tal-Protezzjoni tad-Data.
 
**__Termini u Kundizzjonijiet __**
1. Sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem il-parteċipanti jrid ikollhom iżjed minn 18-il sena fiż-żmien tal-applikazzjoni.
2. Id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali għar-ritratti sottomessi jridu jkunu jappartjenu għall-persuna li se tkun qed tagħmel is-sottomissjoni.
3. Ir-ritratti sottomessi jridu jkunu ttieħdu fi żmien qabel id-data tal-iskadenza tas-sottomissjoni.
4. Il-parteċipant jaqbel li, jekk magħżul, il-VCA għandha l-permess li tuża r-ritratt f’eżibiżżjoni f’Jannar/Frar 2022 u li tuża r-ritratt, sħiħ jew parti minnu, sabiex tirreklama l-eżibizzjoni u l-proġett, TNAX.
 
__**Kif se jintgħażlu r-rebbieħa?**__
Ir-ritratti rebbieħa se jintgħażlu minn penil magħmul minn kuraturi, fotografi u rappreżentanti tal-VCA.
 
__**Meta tista’ tapplika?**__
Issa! Id-data ta’ skadenza għas-sottomissjonijiet: 28 ta’ Diċembru, 17:00 (Ħin ta’ Malta).
Applikazzjonijiet li jaslu tard mhux se jiġu kkunsidrati.
 
__**Kriterji ta’ Evalwazzjoni**__
 
Biex wieħed jiġi kkunsidrat bħala eliġibbli jrid ikun kiseb minimu ta’ 24 punt.
 
• Ir-ritratt sottomess huwa oriġinali u l-kompożizzjoni tiegħu hija waħda b’saħħitha u ta’ sinnifikat? (biex wieħed jgħaddi jrid iġib mill-inqas 12-il punt).
• Il-kulur, id-dawl u l-espożizzjoni huma bbilanċjati? (biex wieħed jgħaddi jrid iġib mill-inqas 6 punti)
• Kemm attratta lill-udjenza? (biex wieħed jgħaddi jrid iġib mill-inqas 6 punti)
 
Tixtieq tkun taf iżjed? Ibgħat email fuq ippartecipa@vca.gov.mt.