Dwarna

Valletta Design Cluster

#culture

Dwarna

Il-Valletta Design Cluster fi ħdan l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta huwa spazju komunitarju għall-prattika kulturali u kreattiva li jinsab fil-Biċċerija l-Antika fil-Belt Valletta, li fuqha għaddej xogħol ta’ rinnovazzjoni. Il-proġett jappoġġja d-disinn u l-intraprenditorija li jħallu impatt soċjali pożittiv, billi jqis approċċi kreattivi kollaborattivi bħala ċ-ċavetta għall-kisba ta’ benefiċċji għall-individwi, il-komunitajiet u s-soċjetà in ġenerali.

Il-proġett għandu l-għan li jindirizza n-nuqqasijiet li jista’ jkun hemm fl-ekosistema kulturali u kreattiva attwali billi jimpenja ruħu b’mod attiv ma’ prattikanti li jaħdmu fuq inizjattivi għall-benessri kulturali u soċjali.

Aħna nħeġġu l-applikazzjoni tad-disinn tal-ħsieb, il-multi-dixxiplinarità u l-kooperazzjoni bħala għodda għall-iżvilupp tal-komunità. Il-membri tal-komunità tagħna jikkonsistu minn residenti tal-Belt Valletta, studenti, disinjaturi, artisti, freelancers u SMEs, korpi pubbliċi, akkademiċi, dawk li jħobbu t-teknoloġija u l-ikel, attivisti tas-soċjetà ċivili u NGOs, u aktar.

Il-Valletta Design Cluster jipprovdi faċilitajiet, għarfien espert u opportunitajiet lill-komunitajiet tiegħu. Minbarra l-programm kulturali uffiċjali, il-prattikanti li jagħmlu użu mid-diversi faċilitajiet għandhom iċ-ċans li juru b’mod regolari dak li jkunu qed jaħdmu fuqu, u b’hekk jistgħu jintroduċu l-prattika personali u dik fi grupp u joħolqu konnessjonijiet ġodda ma’ persuni oħrajn. Aħna nħeġġu skambju kontinwu bejn il-prattikanti sabiex nappoġġjaw l-iżvilupp ta’ kollaborazzjonijiet ġodda u t-tkabbir ta’ kull membru tal-komunità.

Persuni u organizzazzjonijiet li jixtiequ jibqgħu aġġornati b’attivitajiet li jkunu qes iseħħu fil-Valletta Design Cluster jistgħu wkoll jirreġistraw online biex id-dettalji tagħhom jiġu nklużi fid-database tal-kuntatti tal-Valletta Design Cluster: