Appoġġja lill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta

Ritratt ta' Darren Agius

 

Permezz ta’ sħubija mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, ma tkunx qed toffri biss sostenn siewi lill-arti u l-kultura, iżda tkun qiegħed ukoll issaħħaħ l-immaġni tal-kumpanija tiegħek, tattira klijenti ġodda, turi apprezzament lejn dawk eżistenti kif ukoll lejn l-impjegati, twettaq ir-responsabbiltajiet soċjali korporattivi tal-kumpanija u tispikka fost il-kompetituri.

Min-naħa tagħha, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta dejjem tfittex li tistabbilixxi sħubija effettiva ma’ kumpaniji u organizzazzjonijiet fi ħdan is-settur privat sabiex tkun tista’ tilħaq l-għanijiet tagħha hekk kif imniżżla fl-Avviż Legali 427/2018 u fil-missjoni tagħha.

Inti tista’ tagħti l-appoġġ tiegħek lill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta billi:

Kwalunkwe offerta ta’ sħubija trid tkun koerenti u konsistenti mal-valuri u l-politiki tal-Aġenzija u mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Gvern ta’ Malta. L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, li għandha d-dritt li taċċetta jew tirrifjuta u li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tagħha.