Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (KAP 586) jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali, kemm jekk f’forma elettronika jew manwali. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta hija intiża li tkun konformi mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit f’dawn ir-Regolamenti.
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta hija stabbilita permezz tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.05 u tul l-operat tagħha tiġbor u tipproċessa informazzjoni sabiex twettaq l-obbligazzjonijiet tagħha bi qbil mal-leġiżlazzjoni preżenti. Id-data kollha hija pproċessata bi qbil mal-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Tista’ tagħmel kuntatt mal-Kontrollur tad-Data fuq:
Indirizz: The CEO Valletta Cultural Agency Exchange Buildings Republic Street Valletta, VLT 1117
Numru tat-Telefon: +356 2124 2018
Email: datacontroller@vca.gov.mt
Impjegati u fornituri tas-servizzi li ġew assenjati biex iwettqu l-funzjonijiet tal-Aġenzija għandhom aċċess għall-informazzjoni li qed tiġi pproċessata. Data personali se tkun żvelata lill-persunal tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta sabiex l-attivitajiet, l-avvenimenti u l-inizjattivi organizzati mill-entità jkunu jistgħu jiġu rreklamati u implimentati. L-informazzjoni tista’ tiġi żvelata wkoll lil dipartimenti oħra u partijiet terzi, kif awtorizzat mil-liġi biss.
Tista’ tagħmel kuntatt mal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data u l-Informazzjoni fuq:
Indirizz: Level 2, Airways House, High Street, Sliema SLM 1549
Numru tat-Telefon: +356 2328 7100
Email: idpc.info@idpc.org.mt
Inti intitolat tkun taf, bla ħlas, x’tip ta’ informazzjoni qed tinżamm u tiġi pproċessata dwarek mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u għaliex, min kellu aċċess għaliha, kif qed tinħażen u tinżamm aġġornata, il-perijodu ta’ żamma u x’qed tagħmel l-Aġenzija biex tkun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Is-suġġetti tad-data kollha għandhom dritt għall-aċċess ta’ kwalunkwe informazzjoni personali dwarhom miżmuma mill-Aġenzija, kemm jekk fuq il-kompjuter kif ukoll f’fajls manwali. Il-GDPR jistabbilixxi proċedura formali dwar kif għandhom jiġu trattati t-talbiet għall-aċċess mis-suġġetti tad-dejta. It-talbiet għall-aċċess għal informazzjoni personali mis-suġġetti tad-data għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu lis-CEO tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, li hija l-Kontrollur tad-Data tal-Aġenzija. Id-dettalji ta’ identifikazzjoni tiegħek bħan-numru tal-karta tal-identità, ismek u kunjomok għandhom jintbagħtu flimkien mat-talba għall-aċċess. F’każ li nsibu diffikulta biex nidentifikawk, inti tista’ tintalab tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni.
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għandha l-għan li tindirizza t-talbiet għall-aċċess għal informazzjoni personali kemm jista’ jkun malajr u se tiżgura li din l-informazzjoni tkun ipprovduta fi żmien raġonevoli mid-data li fiha tirċievi t-talba, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għad-dewmien. Meta talba għall-aċċess ma tkunx tista’ tintlaqa’ fi żmien raġonevoli, ir-raġuni se tkun spjegata bil-miktub lis-suġġett tad-dejta li qiegħed jagħmel it-talba. Jekk ikun hemm xi ksur tad-data, is-suġġett tad-dejta se jiġi infurmat.
Is-suġġetti tad-data kollha għandhom id-dritt li jitolbu li l-informazzjoni tagħhom ma tintużax jew ma tinbidilx jekk ir-riżultat ta’ dan ma jkunx korrett. Is-suġġetti tad-data jistgħu jitolbu wkoll li d-data tagħhom tiġi mħassra.
Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ristretti, jekk applikabbli, skont il-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
F’każ li ma tkunx kuntent bir-riżultat, inti tista’ tindirizza lment lill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data u l-Informazzjoni, li d-dettalji tal-kuntatt tiegħu huma pprovduti lejn it-tmiem ta’ dan id-dokument.
Tista’ tagħmel kuntatt mal-Kontrollur tad-Data fuq:
The CEO Valletta Cultural Agency Exchange Buildings Republic Street Valletta, VLT 1117
Telephone : +356 2124 2018
Email : datacontroller@vca.gov.mt
Tista’ tagħmel kuntatt mal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data u l-Informazzjoni fuq:
Level 2, Airways House, High Street, Sliema SLM 1549
Telephone : +356 2328 7100
Email : idpc.info@idpc.org.mt
Id-data personali tiegħek tinġabar permezz ta’:
L-iskeda li ġejja tispjega r-rekwiżiti għaż-żamma ta’ diversi kategoriji ta’ dokumenti fi ħdan l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.
Il-Kategorija tad-Dokument | Perijodu ta’ Żamma | Ġustifikazzjoni |
---|---|---|
Informazzjoni Personali tal-Abbonati tal-VCA: Isem, Kunjom, Indirizz tal-Email, eċċ. | Għat-tul kollu tal-abbonament | Sakemm il-kunsens jiġi rtirat mis-suġġett tad-data. |
Informazzjoni Personali tal-Parteċipanti tal-Proġetti: Isem, Kunjom, Indirizz tal-Email, eċċ. | Għat-tul kollu tal-proġett, sal-preżentazzjoni tar-riżultat finali | Dan jippermettilna nikkuntattjaw lill-parteċipanti biex jikkontribwixxu għall-preżentazzjoni tar-riżultat finali. |
Dokumenti marbuta mar-Riżorsi Umani | Għaxar (10) snin minn meta jintemm l-impjieg | Dan huwa bi qbil mal-proċeduri korporattivi tal-Gvern dwar ir-Riżorsi Umani. |
Kandidati li ma ġewx magħżula għal post ta’ xogħol vakanti | Sentejn (2) minn meta jintemm il-proċess ta’ reklutaġġ | Dan huwa bi qbil mal-proċeduri korporattivi tal-Gvern dwar ir-Riżorsi Umani. |
Tagħrif Finanzjarju: Rapport Finanzjarju Annwali | Għaxar (10) snin minn meta tintemm is-sena finanzjarja | Dawn huwa bi qbil mal-Att tal-Gvern dwar il-Kumpaniji. |
Ritratti Diġitali u Vidjows ta’ Avvenimenti Pubbliċi | Għat-tul kollu tal-operat tal-VCA | Il-VCA se taċċerta li jkunu fis-seħħ salvagwardji meta jittieħdu dawn ir-ritratti sabiex tiżgura li d-dritt għall-privatezza tal-individwi jiġi rrispettat. It-talbiet għat-tħassir ta’ ritratti li jinkludu data personali xorta jibqgħu japplikaw. |
Proposti għal proġetti li ma ġewx magħżula | Sitt (6) xhur minn meta jintemm il-proċess tal-għażla tal-proġetti | Dan il-perijodu se jippermetti t-tfigħ ta’ lmenti marbuta ma’ dan il-proċess. |
Id-data li jeħtieġ li tiġi meqruda wara l-iskedi taż-żmien imniżżla se tinqered b’mod effiċjenti li jiżgura li l-informazzjoni ma tibqax disponibbli fi ħdan l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.
Tista’ tagħmel kuntatt mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fuq dataprotection.vca@vca.gov.mt jew billi ċċempel fuq +356 2124 2018.
© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.